13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Haba Trading vs EUIPO — Vida (vidaXL)
(Kawża T-503/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deiċżjoni”)
(2019/C 164/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Haba Trading BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Schneiders u A. Brittner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida AB (Alvesta, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 190/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vida AB u Haba Trading BV.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Haba Trading BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 373, 15.10.2018