5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/37
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – XG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-504/18 R)
((“Miżuri provviżorji - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess li jinkisbu l-miżuri provviżorji mitluba”))
(2018/C 399/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: XG (rappreżentanti: S. Kaisergruber u A. Burghelle-Vernet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u T. Bohr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 li tikkonferma l-projbizzjoni ta’ aċċess għall-bini tagħha u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna lill-Kummissjoni tagħti, temporanjament, l-aċċess għall-bini tagħha.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy