8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/52
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2019 — Zott vs EUIPO — TSC Food Products (Gatò rettangolari lest biex jittiekel)
(Kawża T-517/18) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedure ta’ nullità - Disinn Komunitarju li jirrappreżenta gatò rettangolari lest biex jittiekel - Disinn Komunitarju preċedenti - motiv ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Utent informat - Artikolu 4(1), Artikolu 6(1)(b), u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rikors manifestement infondat fid-dritt”)
(2019/C 230/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zott SE & Co. KG (Mertingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Schalast, R. Lange u C. Böhler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: TSC Food Products GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gaderer, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1341/2017-3), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TSC Food Products u Zott.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zott SE & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 373, 15.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy