29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Dickmanns vs EUIPO
(Kawża T-538/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn l-isem tal-membru tal-persunal ma huwiex inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Att purament konfermattiv - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)
(2019/C 255/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sigrid Dickmanns (Gran Alacant, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2017, u “skont il-bżonn” tad-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2013 u tal-4 ta’ Ġunju 2014, tal-EUIPO li jtemmu l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti fit-30 ta’ Ġunju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti kienet allegatament issubixxiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Sigrid Dickmanns hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO.
(1) ĠU C 399, 5.11.2018.