30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/53
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2019 — ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-544/18) (1)
(“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Regolament (UE) Nru 389/2013 - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjoni b’xejn - Notifika ta’ tibdila fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali li tirrigwarda l-Ġermanja għall-perijodu mill-2013 sal-2020 - Talba għal tibdila fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali rreġistrata fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Istruzzjoni mogħtija fil-mori tal-kawża mill-Kummissjoni lill-amministratur ċentrali - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 328/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u D. Jacob, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Becker, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tagħti l-istruzzjoni tagħha lill-amministratur ċentrali sabiex iniżżel fit-tabella ta’ allokazzjoni nazzjonali, irreġistrata fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL), it-tibdila nnotifikata fit-8 ta’ Frar 2018 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward tal-installazzjoni tar-rikorrenti u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Awwissu 2018 relatata mal-intimazzjoni tar-rikorrenti fl-14 ta’ Mejju 2018.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
It-talba intiża sabiex “jiġu mċanfra” r-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, sa fejn dawn kienu pproduċew elementi ineżatti quddiem il-Qorti Ġenerali u naqsu mill-obbligu proċedurali tagħhom li jippreżentaw espożizzjoni konformi mar-realtà, hija miċħuda.
3)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Arcelor Mittal Bremen GmbH.
5)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 399, 5.11.2018.