11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/63
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2019 – LG Electronics vs EUIPO – Beko (BECON)
(Kawża T-557/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Retrait de l’opposition - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 93/83)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 (Każ R 41/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beko plc u LG Electronics, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
LG Electronics, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 399, 5.11.2018.