11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/64
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2019 – Agrochem-Maks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-574/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva oksasulfuron - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet ta’ tqegħid fis-suq - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2019/C 93/84)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Agrochem-Maks d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 183, p. 14).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy