28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2019 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle)
(Kawża T-575/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva The Inner Circle - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti InnerCircle - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 363/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shore Capital International Ltd (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Circle Imperium BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1402/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shore Capital International u Circle Imperium.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Shore Capital International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 427, 26.11.2018.