15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/58
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Kayibanda u Sors vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-581/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Diskriminazzjoni allegata bejn uffiċjali Ewropej u residenti nazzjonali oħra fir-rigward tal-mod ta’ kalkolu tar-remunarazzjoni netta li tiddetermina t-tariffa ta’ ċerti benefiċċji soċjali - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Għeluq ta’ lment - Nuqqas li jingħata bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Inammissibbiltà”)
(2019/C 139/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Romuald Kayibanda (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Julie Sors (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Bove, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2018, innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Lulju 2018, li permezz tagħha din għalqet l-ilment tagħhom kontra l-belt tal-Lussemburgu, l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti Amministrattiva tal-Lussemburgu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Romuald Kayibanda u Julie Sors huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 408, 12.11.2018.
Full & Egal Universal Law Academy