4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/74
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Antonakopoulos vs Il-Parlament
(Kawża T-590/18 R) (1)
((“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sospensjoni ta’ uffiċjal mill-funzjonijiet tiegħu mingħajr remunerazzjoni - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ħsara għar-reputazzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2019/C 44/98)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Leonidas Antonakopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tal-25 ta’ Settembru 2018 li tadotta miżura ta’ sospensjoni għal żmien mhux iddeterminat mingħajr remunerazzjoni fir-rigward tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C ##, ##.