8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/53
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Ayuntamiento de Enguera vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-602/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) - Tnaqqis tal-ammont tas-sussidju - Riklassifikazzjoni tar-rikors - Rifjut tar-rikorrenti - Inammissibbiltà”)
(2019/C 230/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ayuntamiento de Enguera (Enguera, Spanja) (rappreżentanti: J. Palau Navarro, J. Ortiz Ballester u V. Soriano i Piqueras, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2018 li tikkonferma l-pożizzjoni tagħha dwar it-tnaqqis tal-ammont tas-sussidju mogħti ineżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju LIFE10 ENV/ES/000458 u li tiddikjara l-ħruġ ta’ ordni ta’ rkupru fl-ammont ta’ EUR 113 408,05.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ayuntamiento de Enguera hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018.
Full & Egal Universal Law Academy