22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Fujifilm Recording Media vs EUIPO — iTernity (d:ternity)
(Kawża T-609/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni - Proċedimenti ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoi Ewropea d:ternity - Trade mark verbali preċedenti iTernity - Irtirar tat-talba ta’ invalidità qabel il-preżentata tar-rikors - Dekadenza tad-deċiżjoni kkontestata - Assenza ta’ interess ġuridiku - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
(2019/C 246/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fujifilm Recording Media GmbH (Kleve, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R.-D. Härer, C. Schultze, C. Weber, H. Ranzinger u C. Gehweiler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: iTernity GmbH (Friburg, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2018 (Każ R 2324/2017-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn iTernity u Fujifilm Recording Media.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 445, 10.12.2018.