25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/60
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2019 – ZH vs ECHA
(Kawża T-617/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2016 - Leave tal-mard - Talba għad-danni - Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Forza maġġuri - Żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)
(2019/C 399/74)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZH (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, T. Zbihlej u C. M. Bergerat, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, għat-tqassim tad-dannu morali li hija kienet allegatament issubixxiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ZH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018.
Full & Egal Universal Law Academy