25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/61
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – ruwido austria vs EUIPO (transparent pairing)
(Kawża T-649/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali transparent pairing - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 399/75)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ruwido austria GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Söder, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2487/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali transparent pairing bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ruwido austria GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 4, 7.1.2019.
Full & Egal Universal Law Academy