11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/20
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2018 – ZU vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2019/C 54/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni mogħtija fit-12 ta’ Ottubru 2018 mid-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà (DG HR) tal-Kummissjoni (Ares(2018)5241886 – 12/10/2018) dwar it-trasferiment tar-rikorrent, u tad-deċiżjoni mogħtija fid-29 ta’ Ottubru 2019 mid-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà (DG HR) tal-Kummissjoni (Ares(2018)5529220 – 29/10/2018), sa fejn tikkonċerna r-ritorn tiegħu lejn is-sede.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorja hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati