30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Vattenfall Europe Nuclear Energy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Liġi li timplimenta s-sittax-il reviżjoni tal-liġi dwar l-enerġija nukleari (Atomgesetz) - Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali tal-Ġermanja) - Kumpanniji li joperaw ċentrali nukleari - Waqfien tal-operat - Kumpens finanzjarju ta’ kwantitajiet ta’ elettriku mhux prodotti - Ittra tal-Kummissjoni - Assenza ta’ ħtieġa ta’ notifika formali abbażi tal-Artikolu 108(3)TFUE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2019/C 328/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u R. Sangi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2018, iffirmata mill-Assistent Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni u indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
3)
Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Vattenfall Europe Nuclear Energy u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.