15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/59
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 — Trifolio-M et vs EFSA
(Kawża T-675/18 R)
(Talba għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - roċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva azadirachtin - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali - Nuqqas ta’ fumus boni juris)
(2019/C 139/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trifolio-M GmbH (Lahnau, il-Ġermanja), Oxon Italia SpA (Milan, l-Italja), Mitsui AgriScience International SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)
Konvenut: Autorité européenne de sécurité des aliments (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2018 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel li tirrigwarda talbiet għal trattament kunfidenzjali tal-konklużjonijiet dwar l-eżami kolleġjali tal-evalwazzjoni tar-riskji marbuta mas-sustanza attiva azadirachtin użata bħala pestiċida (EFSA1LA1DEC/19777743/2018).
Dispożittiv
1)
talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tal-20 ta’ Novembru 2018, Trifolio-M et vs EFSA, (T-675/18 R) huwa annullat.
3)
Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy