18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/43
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2019 – Pilatus Bank vs BĊE
(Kawża T-687/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2019/C 103/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pilatus Bank plc (Ta’Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O.H. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, M. Puidokas u A. Karpf, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att tal-Bank Ċentrali Ewropew li jinsab f’posta eletronika tal-10 ta’ Settembru 2018, u li permezz tiegħu l-BĊE eżiġa li kull komunikazzjoni min-naħa tar-rikorrent lill-BĊE għandha ssir permezz tal-persuna maħtura mill-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jew bl-awtorizzazzjoni ta’ din il-persuna.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy