30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2019 — Pilatus Bank vs BĊE
(Kawża T-687/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Miżuri ta’ sospensjoni meħuda mill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali - Nomina ta’ persuna ta’ kuntatt - Komunikazzjoni limitata mal-BĊE - Vizzji proċedurali - Atti intermedjarji jew preparatorji - Drittijiet tad-difiża - Inammissibbiltà”)
(2019/C 328/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, M. Puidokas u A. Karpf, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-posta elettronika tal-BĊE tal-10 ta’ Settembru 2018 sa fejn, permezz tagħha, il-BĊE talab lir-rikorrenti tibgħat il-komunikazzjonijiet tagħha permezz tal-persuna kompetenti nnominata skont il-liġi Maltija jew bl-approvazzjoni tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Pilatus Bank plc hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.