29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Durand et vs Il-Parlament
(Kawża T-702/18) (1)
(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament - Politika agrikola - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Benesseri tal-annimali - Talba tal-membri tal-Parlament Ewropew biex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att informattiv - Inammissibbiltà”)
(2019/C 255/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pascal Durand (Pariġi, Franza), u seba’ rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: O. Brouwer u E. Raedts, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament, b’deċiżjoni tal-konferenza tal-Presidenti tal-Parlament, astjena illegalment milli jiddeċiedi fuq talba tas-17 ta’ Lulju 2018 intiża sabiex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-President tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru 2018.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Pascal Durand u r-rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 18.2.2019.