25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/62
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2019 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-703/18) (1)
(Rikors għal annullament - Fond Soċjali Ewropew - Programm operattiv “Konoxxenza, edukazzjoni u żvilupp” - Ittra li permezz tagħha jintbagħat rapport ta’ awditu finali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)
(2019/C 399/76)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u M. Siekierzyńska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tagħha tas-17 ta’ Settembru 2018 li permezz tagħha jintbagħat lir-Repubblika tal-Polonja r-rapport ta’ awditu finali relatat mal-programm operattiv “Konoxxenza, edukazzjoni u żvilupp”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Repubblika Ċeka.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
4)
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 54, 11.2.2019.
Full & Egal Universal Law Academy