22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2019 — Phrenos et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-715/18) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Pjanifikazzjoni, preparazzjoni, promozzjoni u implimentazzjoni tal-avveniment ‘Ġranet Ewropej għall-Iżvilupp’ - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Annullament tal-proċedura ta’ ogħti ta’ kuntratt - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 246/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Phrenos SPRL (Mont-sur-Marchienne, il-Belġju), Akkanto, (Watermael-Boitsfort, il-Belġju), Operational Management Solutions (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Jafferali u R. van Melsen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju kompost mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti EuropeAid/139729/DH/SER/BE dwar il-pjanifikazzjoni, il-preparazzjoni, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-avveniment “Ġranet Ewropej għall-Iżvilupp” għad-direttorat ġenerali tal-koopereazzjoni internazzjonali u tal-iżvilupp tiegħu u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji, ħlief għal dawk relatati mat-talba għal intervent ta’ Pomilio Blumm Srl fil-proċedura għal miżuri provviżorji.
3)
Phrenos SPRL, Akkanto, Operational Management Solutions, il-Kummissjoni u Pomilio Blumm għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent ta’ Pomilio Blumm fil-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 72, 25.2.2019.