22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2019 — Telemark plus vs EUIPO (Telemarkfest)
(Kawża T-719/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Telemarkfest - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 246/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Telemark plus eV (Altusried, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schenk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors dirett kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2018 (Każ R 346/2018-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Telemarkfest bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestement infondat fid-dritt.
2)
Telemark plus eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 4.2.2019.