8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/53
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Sumitomo Chemical u Tenka Best vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-734/18 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti bijoċidali - Sustanza attiva empentrin - Rifjut ta’ approvazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 230/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumitomo Chemical (UK) plc (Londra, ir-Renju Unit), Tenka Best, SL (Aiguafreda, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, avukat u V. McElwee, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u R. Lindenthal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1251 tat-18 ta’ Settembru 2018 li ma tapprovax l-empentrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU 2018, L 235, p. 24).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.