28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/15
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Athanasiadou u Soulantikas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-762/18 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dispożizzjonijiet finanzjarji (baġit, qafas finanzjarju, riżorsi proprji, ġlieda kontra l-frodi) - Eżekuzzjoni forzata - Talba għal sospensjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)
(2019/C 363/22)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Athanasiadou (Ateni, il-Greċja), Konstantinos Soulantikas (Ateni) (rappreżentant: M. Lappa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 299 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5883 finali, tat-22 ta’ Awwissu 2017, tal-ordni għal ħlas tat-30 ta’ Ottubru 2018, li tidher fl-aħħar tal-kopja tat-titolu eżekuttiv adottat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5883 finali, tat-22 ta’ Awwissu 2017, u ta’ kull att eżekuttiv ieħor konness.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Sofia Athanasiadou u Konstantinos Soulantikas għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.