26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/45
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg BEER COMPANY)
(Kawża T-5/18)
(2018/C 072/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hamburg Beer Company GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Hamburg BEER COMPANY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 272 743
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 436/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy