12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/30
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2018 – Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel)
(Kawża T-13/18)
(2018/C 094/40)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Crédit mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentanti: A. Casalonga, F. Codevelle u C. Bercial Arias, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Crédit Mutuel” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 943 135
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1724/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu kkonċediet li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 943 135 “Crédit Mutuel” kellha karattru distintiv minħabba l-użu fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassijiet 9, 35 u 36;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu rrikonoxxiet il-karattru distintiv tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 943 135 “Crédit Mutuel” għal ċerti prodotti fil-klassijiet 9, 16, 36, 38, 42 u 45;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy