19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/44
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Delfant Hoylaerts vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-17/18)
(2018/C 104/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabelle Delfant Hoylaerts (Montredon-des-Corbières, Franza) (rappreżentant: E. Conquet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2017;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tieħu responsabbiltà għall-ispejjeż relatati mal-istitut mediku-edukattiv mill-20 ta’ Ottubru 2017;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas lil I. Delfant Hoylaerts EUR 3 000 bħala kumpens għad-dannu morali u finanzjarju tagħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u sabiex tħallas lil I. Delfant Hoylaerts EUR 3 000 bħala spejjeż irrekuperabbli.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma riprodotti mir-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 20, kif ukoll mill-Gwida tal-interventi tal-Kummissjoni għall-ulied b’diżabbiltà tal-persunal tar-Regolamenti tal-Persunal.
Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament kisret id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq billi adottat id-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu responsabbiltà tal-ispejjeż relatati ma’ istitut mediku-edukattiv (iktar 'il quddiem l-“IME”) għall-wild tagħha b’diżabbiltà. F’dan ir-rigward, hija tqis li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq nuqqas ta’ ftehim purament amministrattiv u li l-bażi legali li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni hija nieqsa.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-aġir abbużiv tal-Kummissjoni għandu konsegwenzi serji peress li hija ma tistax tassumi waħedha l-ispejjeż tal-IME, minkejja li dan tal-aħħar huwa vitali għall-wild tagħha. B’hekk, is-sitwazzjoni morali u finanzjarja tagħha hija iktar gravi bin-nuqqas tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy