12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/31
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – Lillelam vs EUIPO – Pfaff (LITTLE LAMB)
(Kawża T-18/18)
(2018/C 094/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lillelam A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentant: N. Köster, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nick Pfaff (Ammanford, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LITTLE LAMB” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 121 675
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 536/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirrevoka t-trade mark tal-Unjoni Nru 8 121 675 “LITTLE LAMB” għall-inqas għall-“Ħwejjeg” u “Aċċessorji għall-ħwejjeġ”
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy