26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/34
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – CV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/18)
(2018/C 112/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-15 u tal-20 ta’ Marzu 2017 u tat-18 ta’ Ottubru 2017;
—
talloka lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 1 475 bħala dannu materjali flimkien mal-interessi legali bir-rata ta’ 2,25 %, ikkalkolati mill-ħlas ta’ din is-somma, inkella mill-jum li ġie ppreżentat l-ilment, inkella mill-jum tat-tressiq tar-rikors, kif ukoll l-ammont ta’ EUR 1 bħala dannu morali;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-proċedura amministrattiva li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, inkluż quddiem il-Kumitat Mediku, li permezz tagħhom it-talba għar-rikonoxximent li l-marda tar-rikorrent hija kkaġunata mix-xogħol ġiet miċħuda u ċerti spejjeż u onorarji tal-membri tal-Kumitat Mediku ġew attribwiti lilha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq minn tabib fir-rapporti tiegħu.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjonijiet ikkontestati.
Full & Egal Universal Law Academy