19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/45
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/18)
(2018/C 104/58)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C (2017) 7263) (ĠU 2009, L 292 p. 61), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammonti netti ta’ EUR 48 317 806,79 u EUR 26 638 201,22, minfuqa mill-aġenzija awtorizzata li tħallas tar-Repubblika tal-Polonja.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (1) minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-liġi, minkejja li l-infiq mir-Repubblika tal-Polonja sar konformement mar-regoli tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ daqs eċċessiv ħafna fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riskju ta’ telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tal-korrezzjoni mwettqa.
(1) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).
Full & Egal Universal Law Academy