12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/31
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Nova Brands vs EUIPO – Natamil (Natamil)
(Kawża T-23/18)
(2018/C 094/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti Nova Brands SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Wellens, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natamil GmbH (Munich, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “natamil” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 235 069 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 1910/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 296 TFUE dwal l-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy