12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – AC Milan (AC MILAN)
(Kawża T-28/18)
(2018/C 094/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AC Milan SpA (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “AC MILAN” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 182 615 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 356/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi kkontestati; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti minħabba f’dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy