26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/36
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/18)
(2018/C 112/46)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Planet (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li permezz tagħha din ċaħdet taċitament it-talba tar-rikorrent sabiex ikollha aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti li tirrigwarda l-proġett EuropeAid/137681/IH/SER/ROC/4; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, Planet titlob l-annullament tad-deċiżjoni taċita tal-Kummissjoni, li permezz tagħha din ċaħdet it-talba ta’ Planet sabiex ikollha aċċess, bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ kuntratt numru EuropeAid/137681/IH/SER/ROC/4.
Planet issostni li d-deċiżjoni ta’ ċaħda taċita tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata, għar-raġuni li hija ma fihiex motivazzjoni, li hija obbligatorja fid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 296 TFUE u li tikkostitwixxi rekwiżit formali essenzjali għall-atti tal-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy