12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/34
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Yado vs EUIPO – Dvectis CZ (Imħadda ta’ fuq siġġu)
(Kawża T-30/18)
(2018/C 094/45)
Lingwa tar-rikors: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Yado s.r.o. (Handlová, is-Slovakkja) (rappreżentant: D. Futej, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dvectis CZ s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 371 591-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1017/2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq l-inammissibiltà tar-rikors;
—
tordna lill-konvenut jikkunisidra r-rikors u jagħti deċiżjoni dwaru;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża odjerna sostnuti mir-rikorrent.
Motivi invokati
—
żball ta’ liġi fis-sens tal-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 6/2002 u tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 2245/2002;
—
ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ tar-rikorrenti;
—
ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy