26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/37
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA
(Kawża T-33/18)
(2018/C 112/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pracsis SPRL (Brussell, il-Belġju) u Conceptexpo Project (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati li jagħtu lil Cecoforma l-kuntratt qafas tas-sejħa għal offerti EACEA/2017/01 kif ukoll il-kuntratt iffirmat bejn EACEA u Cecoforma;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-EACEA jħallsu in solidum is-somma ta’ miljun euro lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy