23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/51
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – La Marchesiana vs EUIPO – Marchesi Angelo (MARCHESI)
(Kawża T-35/18)
(2018/C 142/68)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: La Marchesiana Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, F. Santonocito, A. Sobol, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marchesi Angelo Srl (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni MARCHESI kkostitwita minn seba’ daqqiet ta’ pinzell bil-kuluri oranġjo, blu, isfar, aħmar, aħdar, iswed u vjola – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 187 159
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1753/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad fl-intier tagħha t-talba ta’ Angelo Marchesi għall-kanċellazzjoni tat-trade mark EU’159 minħabba nuqqas ta’ użu;
—
tikkonstata u tiddikjara, b’riforma tad-deċiżjoni kkontestata, li t-trade mark EU’159 kienet suġġetta għal użu ġenwin matul il-perijodu ta’ riferiment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 58(1) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, għall-prodotti jew servizzi fil-klassijiet 8 (utensili u strumenti mħaddma manwalment, b’mod partikolari utensili tal-kċina), 16 (karti, kartun, materjal stampat, kotba, magazins, materjal għall-artisti, kartolerija, materjal għat-tagħlim), 21 (utensili u kontenituri għall-użu fid-dar jew fil-kċina, borom, platti, tazzi, oġġetti tal-ħġieġ, porċellana u fuħħar), 29 (oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, frott u ħaxix ippriżervat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, komposti; bajd, ħalib u prodotti tal-ħalib; żjut u xaħmijiet li jittieklu), 30 (kafè u sostituti għall-kafè, tè, kawkaw, zokkor, ross, dqiq, ħobż, għaġin, pastry, ġelati, addittivi biex itejbu t-togħma tal-ikel), 33 (xorb alkoħoliku), kif ukoll għall-prodotti jew servizzi fil-klassijiet 30 (kafè), 41 (attivitajiet tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ, korsijiet ta’ taħriġ) u 43 (catering, servizzi offruti minn impriżi li jipprovdu ikel u xorb lest għall-konsum iddistribwit minn bars, ristoranti, self-service, canteens);
—
sussidjarjament, u b’riforma parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, tiċħad it-talba avversarja ta’ kanċellazzjoni minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark EU’159 fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet classes 30 (kafè), 41 (attivitajiet tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ, korsijiet ta’ taħriġ) u 43 (catering, servizzi offruti minn impriżi li jipprovdu ikel u xorb lest għall-konsum iddistribwit minn bars, ristoranti, self-service, canteens);
—
tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u taż-żewġ istanzi preċedenti.
Motivi invokati
—
Evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-sens tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy