19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/49
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Stirlinx Arkadiusz Kamusiński vs EUIPO – Heinrich Bauer Verlag (Brave Paper)
(Kawża T-37/18)
(2018/C 104/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Stirlinx Arkadiusz Kamusiński (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pruszczyk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinrich Bauer Verlag KG (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Brave Paper” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 774 211
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 391/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tippermetti li t-trade mark tiġi rreġistrata għall-prodotti u servizzi applikati kollha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy