26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/38
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2018 – VF vs BĊE
(Kawża T-39/18)
(2018/C 112/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: VF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors odjern bħala ammissibbli u fondat;
—
tannulla ir-rapport ta’ evalwazzjoni 2016 tar-rikorrent u l-annual salary and bonus review tiegħu (“ASBR”), tal-24 ta’ Mejju 2017 u nnotifikati l-sistess jum;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-13 ta’ Settembru 2017 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-reviżjoni amministrattiva tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2016 u tal-ASBR;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-20 ta’ Diċembru 2017, innotifikata lir-rikorrenti fil-21 ta’ Diċembru 2017, li tiċħad l-ilment li huwa ppreżenta kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2016 u kontra l-ASBR;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tar-rikorrent tas-6 ta’ Marzu 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tas-7 ta’ Lulju 2017 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-reviżjoni amministrattiva tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Novembru 2017, innotifikata lir-rikorrent fil-21 ta’ Novembru 2017, li tiċħad l-ilment li huwa ppreżenta kontra in-nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni morali u materjali suniti mir-rikorrent; u
—
tikkundanna lill-konvenut għad-danni subiti mir-rikorrent fil-kuntest tar-rikors odjern.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ħames motivi li ġejjin:
1.
fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni
—
illegalità tal-linja politika ta’ konverżjoni: ksur tal-Artikolu 10(c) tal-kundizzjonjiet tal-impjieg tal-persunal tal-BĊE (“CdE”) u tal-Artikolu 2.0 tar-Regolamenti tal-Persunal u ksur tal-ġerarkija tar-regoli;
—
illegalità: l-Artikolu 10(c) taċ-CdE u l-Artikolu 2.0 tar-Regolamenti tal-Persunal jiksru d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1) dwar il-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat, u l-premessa 6 tal-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat;
—
id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni ġiet adottata abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni u ta’ ASBR illegali.
2.
Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni:
—
irregolarità proċedurali u assenza ta’ djalogu;
—
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura, u assenza ta’ informazzjoni;
—
żball manifest ta’ evalwazzjoni.
3.
Fir-rigward tad-deċiżjoni ASBR:
—
illegalità tal-linji gwida tal-ASBR, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;
—
assenza debita spjegazzjoni fir-rigward tal-kuntest tal-korrispettiv salarjali tar-rikorrent, assenza ta’ trasparenza u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;
—
żball manifest ta’ evalwazzjoni.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
Full & Egal Universal Law Academy