19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/50
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)
(Kawża T-40/18)
(2018/C 104/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u K. Middelhoff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “SOLIDPOWER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 310 671
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appel tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1182/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy