23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/52
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-41/18)
(2018/C 142/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Autoridad Portuaria de Vigo (Vigo, Spanja) (rappreżentant: J. Costas Alonso, avukat)9
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiżgura li l-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattati, tosserva l-obbligu tagħha li tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni mill-Istati Membri kollha billi taġixxi sabiex tiġi ggarantita applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali provenjenti minn pajjiżi terzi fl-Istati Membri kollha u billi tarmonizza r-regoli li jirregolaw dawn il-kontrolli;
—
b’mod partikolari, tordna lid-direttorat ġenerali “Saħħa u sigurtà tal-ikel” tal-Kummissjoni jwettaq analiżi komparattiv dwar l-applikazzjoni tal-korp leġiżlattiv tal-Unjoni li jirregola l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali provenjenti minn pajjiżi terzi fil-portijiet ta’ Vigo u ta’ Leixões (il-Portugall).
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni diverġenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd iffriżati u mkessħin minn pajjiżi li jifformawx parti mill-Unjoni tmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni u ta’ kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, liema ksur iwassal finalment għal distorsjoni tas-suq intern.
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-portijiet jaqdu funzjoni essenzjali fit-trasport tal-merkanzija u b’mod speċjali fir-rigward tal-importanzzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd, li 76 % minnhom jiġu żbarkati f’portijiet.
Full & Egal Universal Law Academy