19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/51
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Novenco Building & Industry vs EUIPO – Novenco Ventilator (Beijing) (NOVENCO)
(Kawża T-45/18)
(2018/C 104/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novenco Building & Industry A/S (Næstved, id-Danimarka) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novenco Ventilator (Beijing) Co. Ltd (Beijing, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sinjal figurattiv “NOVENCO” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 187 938 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2354/2016-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 7 kif koperti minn IR 1187938;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-parti terza, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy