26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/39
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/18)
(2018/C 112/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Teollisuuden Voima Oyj (Eurajoki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, Y. Utzschneider u K. Struckmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)3777 finali mogħtija fid-29 ta’ Mejju 2017 li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni li tikkonċerna x-xiri minn EDF tal-impriża New NP (Każ COMP/M.7764-EDF/Areva reactor business) (ĠU 2017, C 377, p. 5); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti li jikkonċernaw l-assemblaġġ ta’ kombustibbli nukleari.
—
Fid-dawl ta’ dawn l-iżbalji, id-deċiżjoni kkontestata waslet għall-konklużjoni żbaljata li, fi ħdan is-suq tal-assemblaġġ tal-kombustibbli intiż għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat, ma jeżisti ebda suq distint li jikkonċerna l-assemblaġġ ta’ kombustibbli intiż għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat Ewropew. Fid-dawl tal-iżbalji mwettqa fid-definizzjoni tas-suq, id-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx l-effetti tax-xiri minn EDF tal-impriża ta’ reatturi nukleari tal-grupp Areva (iktar ’il quddiem l-“Operazzjoni”), fuq dan is-suq ta’ prodotti iktar dejjaq.
—
Barra minn hekk, l-eżami fil-fond tal-iktar suq estiż tal-assemblaġġ ta’ kombustibbli intiżi għar-reatturi bl-ilma ppressurizzat huwa vvizzjat bi żbalji ta’ evalwazzjoni supplimentari.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti għas-servizzi nukleari.
—
Minħabba dawn l-iżbalji, id-deċiżjoni kkontestata waslet għall-konklużjoni żbaljata li fi ħdan is-suq tas-servizzi nukleari intiżi għan-nuclear steam supply systems (sistemi ta’ ġenerazzjoni ta’ fwar, iktar ’il quddiem in-“NSSS”) eżistenti, ma jeżistix suq ta’ prodotti distinti għal dawn is-servizzi meta dawn ikunu intiżi għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat Ewropew. Fid-dawl tal-iżbalji mwettqa fid-definizzjoni tas-suq, id-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx l-effetti tal-Operazzjoni fuq dan is-suq ta’ prodotti iktar dejjaq.
—
Barra minn hekk, l-eżami fil-fond tas-suq iktar estiż tas-servizzi nukleari intiżi għan-NSSS eżistenti huwa vvizzjat bi żbalji ta’ evalwazzjoni supplimentari.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ġeografiku tas-suq, downstream, tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-elettriku bl-ingrossa.
Din id-definizzjoni żbaljata tas-suq ġeografiku wasslet għal żbalji supplimentari fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-Operazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy