9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/25
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2018 – Fashion Energy vs EUIPO – Retail Royalty (1st AMERICAN)
(Kawża T-54/18)
(2018/C 123/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fashion Energy Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller, F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata:it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “1st Amercian” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 622 078
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 693/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tissospendi l-proċeduri skont l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sakemm deċiżjoni definittiva u vinkolanti tkun ittieħdet fuq it-talba għal revoka parzjali kontra t-trade mark ta’ oppożizzjoni EUTM 005066113;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-prinċipju ta’ audi alteram partem;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy