26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/41
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – Mahr vs EUIPO – Especialidades Vira (Xocolat)
(Kawża T-58/18)
(2018/C 112/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ramona Mahr (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Rohracher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Especialidades Vira, SL (Martorell, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Xocolat” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 335 574
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 541/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 1001/2017.
Full & Egal Universal Law Academy