26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/42
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIVIA)
(Kawża T-59/18)
(2018/C 112/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea“FEMIVIA” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 148 986
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 280/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-EUIPO u l-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy