19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/53
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Hangzhou Lezoo traveling equipment vs EUIPO – Promotional Traders (GREEN HERMIT)
(Kawża T-60/18)
(2018/C 104/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hangzhou Lezoo traveling equipment Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: D. Burghardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Promotional Traders Pty Ltd (Subiaco, l-Awstralja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “GREEN HERMIT” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 835 964
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 857/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tibgħat il-kawża lura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy