16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/23
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-61/18)
(2018/C 134/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amador Rodriguez Prieto (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitolb li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
prinċipalment, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-danni subiti u għalhekk tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 68 831 bħala danni materjali u EUR 100 000 bħala danni morali,
—
sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ assistenza tat-28 ta’ Marzu 2017,
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors ir-rikorrent isostni, prinċipalment, li l-Kummissjoni wettqet żball amministrattiv billi injorat l-istatut tiegħu ta’ informatur, u dan ikkawża lir-rikorrent dannu materjali u dannu morali li l-istituzzjoni hija obbligata tikkumpensa. Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-istituzzjoni kisret l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal billi rrifjutat li tagħtih l-assistenza prevista minn din id-dispożizzjoni wara l-proċeduri kriminali.
Full & Egal Universal Law Academy