26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/44
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Fränkischer Weinbauverband vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)
(Kawża T-68/18)
(2018/C 112/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fränkischer Weinbauverband eV. (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Petri u M. Gilch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 431 281
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 413/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy