26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/44
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Verband Deutscher Alten und Behindertenhilfe u CarePool Hannover vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-69/18)
(2018/C 112/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verband Deutscher Alten- und Behindertenhilfe, Landesverband Niedersachsen/Bremen und Hamburg/Schleswig-Holstein eV (Hannover, il-Ġermanja) u CarePool Hannover GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Unger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7686 finali tat-23 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.42268 (2017/E) – Għajnuna mill-Istat Ġermaniż dwar is-sostenn ta’ servizzi ta’ sigurtà soċjali u SA. 42877 (2017/E) – Deutschland CarePool Hannover GmbH.
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali
Il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta mill-fatt li, minkejja diffikultajiet serji sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi, il-konvenuta ddeċidiet li ma tiftaħx proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’mod partikolari, it-tul, il-kwalità tal-motivazzjoni tal-konvenuta, kif ukoll l-aġir tagħha matul il-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna inkwistjoni jikkonfermaw din id-diffikultà serja fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.
Ksur ieħor tar-rekwiżiti formali essenzjali jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjentement motivata u għalhekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 TFUE et seq.
Minbarra dan jeżisti ksur tal-Artikolu 107 TFUE et seq., peress li l-konvenuta b’mod żbaljat ippreżumiet li diġà kien hemm miżura eżistenti. Ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna finanzjarja li hija s-suġġett tat-tilwima tikkostitwixxi miżuri ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ għajnuna.
Full & Egal Universal Law Academy